Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0421

    Kawża T-421/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT3)

    ĠU C 287, 31.8.2020, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/36


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT3)

    (Kawża T-421/20)

    (2020/C 287/55)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz; QC u M. Maier, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni GT3 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 738 264

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 fil-Każ R 1609/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqset milli tidentifika l-pubbliku rilevanti b’mod speċifiku;

    Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-provi fir-rigward tal-perċezzjoni li l-pubbliku rilevanti jista’ jkollu tat-trade mark tal-Unjoni preċedenti;

    Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-oħra tal-oġġezzjonijiet fir-rigward tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) imsemmija iktar ’il fuq;

    Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqset milli tqis l-elementi l-oħra skont id-dritt dwar l-abbuż tad-denominazzjoni.


    Top