Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0142

    Kawża T-142/20: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2020 – Applia vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 161, 11.5.2020, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/52


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2020 – Applia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-142/20)

    (2020/C 161/65)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Applia – Home Appliance Europe (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Desmedt, L. Salernitano u K. Olsthoorn, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-partijiet li ġejjin tal-att ikkontestat: (i) l-Artikolu 1(b) tal-Anness VI fil-parti fejn jipprevedi li “dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX”; (ii) il-punt 2(a) tat-tielet paragrafu tal-Anness IX fil-parti fejn jipprevedi li “il-valuri ddikjarati” jikkorrispondu mal-“valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika”; u (iii) il-punt (2)(b) tat-tielet paragrafu tal-Anness IX;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti tikseb l-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 (1)

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-att ikkontestat jikser l-Artikoli 3, 12 u 16 tar-Regolament Nru 2017/1369 (2) u li l-Kummissjoni aġixxiet ultra vires meta daħħlet rekwiżiti inkonsistenti fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornituri jridu jtellgħu fil-bażi tad-data u l-proċedura ta’ verifika li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-att ikkontestat jikser l-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament għaliex jonqos milli jistabbilixxi qafas regolatorju ċar u mhux ekwivoku, li jpoġġi lill-fornituri fl-impossibbiltà li jiddeterminaw l-obbligi tagħhom, fir-rigward tad-data li għandha tiġi pprovduta fid-dokumentazzjoni teknika; u l-proċedura ta’ verifika applikabbli sabiex tiġi evalwata l-eżattezza tad-data.


    (1)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU 2019, L 315, p. 134).

    (2)  Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU 2017, L 198, p. 1).


    Top