Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0132

    Kawża T-132/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2020 – NEC Oncoimmunity vs EASME

    ĠU C 161, 11.5.2020, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/46


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2020 – NEC Oncoimmunity vs EASME

    (Kawża T-132/20)

    (2020/C 161/58)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: NEC Oncoimmunity A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: T. Nordby, R. Bråthen u O. Brouwer, lawyers)

    Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    Primarjament, skont l-Artkolu 263 TFUE:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata (id-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2019 li ttemm il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedura H2020/EIC/SMEInst-2018-2020-2 fir-rigward tal-proġett MEDIVAC(850078));

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għal dawk ta’ kwalunkwe parti intervenjenti.

    Sussidjarjament

    tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligi kuntrattwali tal-konvenuta;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għal dawk ta’ kwalunkwe parti intervenjenti

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv taħt l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u applikat ħażin il-kriterju ta’ eliġibbiltà għall-għotja tal-istrument għall-SMEs previst fir-Regolament Nru 1290/2013 (1).

    2.

    It-tieni motiv taħt l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi peress li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali.

    3.

    It-tielet motiv taħt l-Artikolu 263 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.

    4.

    Motiv wieħed taħt l-Artikolu 272 TFUE, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tirriżulta, b’mod partikolari minħabba l-iżball ikkonstatat fl-interpretazzjoni tal-liġi applikabbli u prassi diskriminatorja, ukoll f’interpretazzjoni żbaljata u fi ksur tal-obbligi kuntrattwali fir-rigward tar-rikorrenti.


    (1)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 81)


    Top