This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0112
Case T-112/20: Action brought on 20 February 2020 — Intis v EUIPO — Televes (TELEVEND)
Kawża T-112/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Intis vs EUIPO – Televes (TELEVEND)
Kawża T-112/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Intis vs EUIPO – Televes (TELEVEND)
ĠU C 137, 27.4.2020, p. 54–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/54 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Intis vs EUIPO – Televes (TELEVEND)
(Kawża T-112/20)
(2020/C 137/84)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intis d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: T. Nagy, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Televes, SA (Santiago de Compostela, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TELEVEND” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 547 871
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1923/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) b’rabta mal-Artkolu 8(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |