EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0021

Kawża T-21/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 – LG Electronics vs EUIPO - Staszewski (K7)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/63


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 – LG Electronics vs EUIPO - Staszewski (K7)

(Kawża T-21/20)

(2020/C 68/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miłosz Staszewski (Wrocław, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “K7” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 641 849

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 401/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top