EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0775

Kawża T-775/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – PB vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Haut conseil judiciaire u lill-awtoritajiet Ukreni – Irregolaritajiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratti – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Nota ta’ debitu – Amministratur tal-kumpannija – Bażi legali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

ĠU C 432, 14.11.2022, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – PB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-775/20) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Haut conseil judiciaire u lill-awtoritajiet Ukreni - Irregolaritajiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratti - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Nota ta’ debitu - Amministratur tal-kumpannija - Bażi legali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2022/C 432/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BP (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u I. Demoulin, aġenti)

Suġġett

Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni C(2020) 7151 finali tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Ottubru 2020, dwar l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva kontra l-amministratur tal-kumpannija [Kunfidenzjali], intiża biex jittieħdu lura mingħandu l-ammonti mħallsa indebitament abbażi tal-kuntratt bir-referenza TACIS/2006/101-510 u tal-kuntratt bir-referenza CARDS/2008/166-429, u, min-naħa l-oħra, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ir-rimbors tal-ammonti kollha eventwalment irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll il-ħlas ta’ EUR 10 000 għad-danni, suġġett għal żieda.

Dispożittiv

1.

Id-deċiżjoni C(2020) 7151 finali tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Ottubru 2020, dwar l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva kontra l-amministratur tal-kumpannija [Kunfidenzjali], intiża biex jittieħdu lura mingħandu l-ammonti mħallsa indebitament abbażi tal-kuntratti TACIS/2006/101-510 u CARDS/2008/166-429, hija annullata.

2.

Ir-rikors huwa miċħud.

3.

PB, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


Top