EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0673

Kawża T-673/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Celler Lagravera vs EUIPO – Cyclic Beer Farm (Cíclic) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cíclic – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CYCLIC – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 452, 8.11.2021, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Celler Lagravera vs EUIPO – Cyclic Beer Farm (Cíclic)

(Kawża T-673/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cíclic - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CYCLIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 452/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Celler Lagravera, SLU (Alfarràs, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cyclic Beer Farm, SL (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 465/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cyclic Beer Farm u Celler Lagravera.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Celler Lagravera, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


Top