EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0321

Kawża T-321/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2023 – enercity vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq Ġermaniż tal-elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Assenza ta’ locus standi – Assenza ta’ parteċipazzjoni attiva – Inammissibbiltà”)

ĠU C 235, 3.7.2023, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2023 – enercity vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/20) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Ġermaniż tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Assenza ta’ locus standi - Assenza ta’ parteċipazzjoni attiva - Inammissibbiltà”)

(2023/C 235/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: enercity AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schalast u H. Löschan, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u I. Zaloguin, aġenti, assistiti minn F. Haus u F. Schmidt, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u S. Costanzo, aġenti), E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Siegmund u J. Ziebarth, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 1711 final tas-26 ta’ Frar 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-ftehim ŻEE (Każ M.8871 – RWE/E.ON Assets) (ĠU 2020, C 111, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Enercity AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E.ON SE u minn RWE AG.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


Top