Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0196

    Kawża T-196/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali INCOCO – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COCO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO)

    (Kawża T-196/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali INCOCO - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2021/C 310/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Chanel (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: J. Passa, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Innovative Cosmetic Concepts LLC (Clifton, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros, J. Oria Sousa-Montes u P. Revuelta Martos, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2020 (Każ R 194/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chanel u Innovative Cosmetic Concepts.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Jannar 2020 (Każ R 194/2019-1) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO u Innovative Cosmetic Concepts LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


    Top