EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0531

Kawża C-531/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – NovaText GmbH vs Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – NovaText GmbH vs Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg

(Kawża C-531/20)

(2021/C 28/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NovaText GmbH

Konvenuta: Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-parti li tkun tilfet li tirrimborsa l-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa għall-parteċipazzjoni ta’ aġent tal-privattivi fi proċedura ġudizzjarja fil-qasam tad-dritt tat-trade marks, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni tal-aġent tal-privattivi kinitx neċessarja għal azzjoni legali utli?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


Top