Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0179

Kawża C-179/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – Fondul Proprietatea SA vs Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, Compania Naţională de Transport a Energiei Electrice Transelectrica SA, SC Complexul Energetic Oltenia SA

ĠU C 297, 7.9.2020, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – Fondul Proprietatea SA vs Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, Compania Naţională de Transport a Energiei Electrice Transelectrica SA, SC Complexul Energetic Oltenia SA

(Kawża C-179/20)

(2020/C 297/28)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA

Konvenuti: Guvernul României, SC Complexul Energetic Hunedoara SA, fi stralċ, Compania Naţională de Transport a Energiei Electrice Transelectrica SA, SC Complexul Energetic Oltenia SA

Intervenjent: Ministerul Economiei, Energiei și Mediului de Afaceri

Domandi preliminari

a)

L-adozzjoni mill-istat Rumen ta’ leġiżlazzjoni li tipprevedi favur żewġ kumpanniji li l-maġġoranza tal-kapital tagħhom huwa miżmum mill-Istat:

a.1.

l-għoti ta’ aċċess prijoritarju għad-dispatching u l-obbligu għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jixtri servizzi anċillari mingħand dawn il-kumpanniji u

a.2.

l-għoti ta’ aċċess iggarantit għan-networks tal-elettriku għall-enerġija prodotta minn dawn iż-żewġ kumpanniji sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu tagħhom

tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, jiġifieri hija miżura ffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, hija ta’ natura selettiva u tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri[?] Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-għajnuna mill-Istat kienet suġġetta għan-notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE?

b)

L-għoti mill-Istat Rumen ta’ dritt iggarantit ta’ aċċess għan-network tal-elettriku lil żewġ kumpanniji li l-maġġoranza tal-kapital tagħhom huwa miżmum mill-Istat, li għandu jiżgura t-tħaddim kontinwu tagħhom, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva Nru 2009/72/KE (1)?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).


Top