Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0071

    Kawża C-71/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-12 ta’ Frar 2020 – Anklagemyndigheden vs VAS Shipping ApS

    ĠU C 137, 27.4.2020, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 137/37


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-12 ta’ Frar 2020 – Anklagemyndigheden vs VAS Shipping ApS

    (Kawża C-71/20)

    (2020/C 137/51)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Østre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Anklagemyndigheden

    Konvenuta: VAS Shipping ApS

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lil ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jagħmlu parti minn ekwipaġġ ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat, proprjetà ta’ sid ta’ bastiment li huwa ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, ikollhom permess ta’ xogħol, ħlief jekk il-bastiment jidħol fil-port tal-Istat Membru kkonċernat għal massimu ta’ 25 darba kkalkolati kontinwament matul il-perijodu tas-sena preċedenti?


    Top