Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0068

    Kawża C-68/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2020 – Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil) vs C

    ĠU C 161, 11.5.2020, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2020 – Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil) vs C

    (Kawża C-68/20)

    (2020/C 161/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour du travail de Liège

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

    Konvenuta: C

    Domandi preliminari

    1)

    Rimedju pprovdut taħt id-dritt intern favur applikant għall-ażil mistieden sabiex l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiegħu tiġi eżaminata fi Stat Membru ieħor, li ma għandu ebda natura sospensiva u li ma jistax jikseb tali natura ħlief fil-każ taċ-ċaħda tal-libertà fid-dawl ta’ trasferiment imminenti, jikkostitwixxi rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament imsejjaħ Dublin III (1)?

    2)

    Ir-rimedju effettiv previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsejjaħ Dublin III għandu jinftiehem fis-sens li jipprekludi biss l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ trasferiment forzat matul l-eżami tal-appell ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni ta’ trasferiment jew fis-sens li jipprojbixxi kull miżura preparatorja għal tneħħija, bħat-tpoġġija f’ċentru li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ traġitt ta’ ritorn fir-rigward tal-applikanti għall-ażil mitluba sabiex l-applikazzjoni għall-ażil tagħhom tiġi eżaminata f’pajjiż Ewropew ieħor?


    (1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50).


    Top