Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0037

Kawża C-37/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Jannar 2020 – WM vs Luxembourg Business Registers

ĠU C 103, 30.3.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Jannar 2020 – WM vs Luxembourg Business Registers

(Kawża C-37/20)

(2020/C 103/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’arrondissement

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WM

Konvenut: Luxembourg Business Registers

Domandi preliminari

L-ewwel domanda: il-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”

1(a)

L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (1), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (2), sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ekonomiċi għal “ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali”, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza li dritt nazzjonali jiddefinixxi l-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” biss bħala ekwivalenti għal “riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni”, liema kunċetti jikkostitwixxu diġà kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-limitazzjoni ta’ aċċess mit-tfassil tal-Artikolu 30(9) iċċitat iktar ’il fuq?

1(b)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-paragrafu (a) tal-ewwel domanda, u fil-każ fejn id-dritt nazzjonali ta’ transpożizzjoni ma jkunx iddefinixxa l-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” minbarra permezz ta’ riferiment għall-kunċetti ineffettivi ta’ “[għal] riskju sproporzjonat, [għal] riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni”, l-Artikolu 30(9) iċċitat iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali tinjora l-kundizzjoni ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”, jew għandha tissupplimenta għan-nuqqas tal-leġiżlatur nazzjonali billi tiddefinixxi l-portata tal-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” permezz ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja? F’dan l-aħħar każ, peress li din hija skont it-termini tal-Artikolu 30(9), iċċitat iktar ’il fuq, kundizzjoni li l-kontenut tagħha huwa ddeterminat mid-dritt nazzjonali, huwa possibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiggwida lill-qorti nazzjonali fil-kompitu tagħha? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din l-aħħar domanda, liema huma l-linji gwida li għandhom jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fid-determinazzjoni tal-kontenut tal-kunċett ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”?

It-tieni domanda: il-kunċett ta’ “riskju”

2(a)

L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ekonomiċi għal “riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni”, għandu jiġi interpretat bħala li jagħmel riferiment għal ġabra ta’ tmien każijiet, li l-ewwel wieħed minnhom jikkorrispondi għal riskju ġenerali suġġett għall-kundizzjoni ta’ sproporzjon u s-seba’ l-oħra għal riskji speċifiċi li ma humiex suġġetti għall-kundizzjoni ta’ sproporzjon jew bħala li jagħmel riferiment għal ġabra ta’ seba’ każijiet li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal riskju speċifiku suġġett għall-kundizzjoni ta’ sproporzjon?

2(b)

L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ekonomiċi għal “riskju”, għandu jiġi interpretat bħala li jillimita l-evalwazzjoni tal-eżistenza u tal-portata ta’ dan ir-riskju għar-rabtiet biss li għandu l-benefiċjarju ekonomiku mal-entità ġuridika li fir-rigward tagħha huwa jitlob b’mod speċifiku l-limitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kwalità tiegħu bħala benefiċjarju ekonomiku jew għandu jiġi interpretat bħala li jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni tar-rabtiet li għandu l-benefiċjarju ekonomiku inkwistjoni ma’ entitajiet ġuridiċi oħra? Fil-każ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni rabtiet ma’ entitajiet ġuridiċi oħra, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kwalità ta’ benefiċjarju ekonomiku fir-rigward ta’ entitajiet ġuridiċi oħra jew għandha tittieħed inkunsiderazzjoni kull rabta miżmuma ma’ entitajiet ġuridiċi oħra? Fil-każ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rabtiet kollha miżmuma ma’ entitajiet ġuridiċi oħra, l-evalwazzjoni tal-eżistenza u tal-portata tar-riskju hija affettwata min-natura ta’ din ir-rabta?

2(c)

L-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ekonomiċi għal “riskju”, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi l-benefiċċju tal-protezzjoni li jirriżulta minn limitazzjoni ta’ aċċess meta din l-informazzjoni, flimkien ma elementi oħra ppreżentati mill-benefiċjarju ekonomiku għall-ġustifikazzjoni tal-eżistenza u tal-portata tar-“riskju” inkors, tkun faċilment aċċessibbli minn terzi permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni oħra?

It-tielet domanda: il-kunċett ta’ riskju “sproporzjonat”

3

Liema interessi diverġenti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 30(9) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, sa fejn jissuġġetta l-limitazzjoni ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar benefiċjarju ekonomiku għal riskju “sproporzjonat”?


(1)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU 2015, L 141, p. 73).

(2)  ĠU 2018, L 156, p. 43.


Top