EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0025

Kawża C-25/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Ljubljani (is-Slovenja) fl-20 ta’ Jannar 2020 – ALPINE BAU GMBH, Salzburg – Sussidjarja ta’ Celje – fi stat ta’ falliment

ĠU C 103, 30.3.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Ljubljani (is-Slovenja) fl-20 ta’ Jannar 2020 – ALPINE BAU GMBH, Salzburg – Sussidjarja ta’ Celje – fi stat ta’ falliment

(Kawża C-25/20)

(2020/C 103/20)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Ljubljani

Parti fil-kawża prinċipali

Debitur insolventi: ALPINE BAU GMBH, Salzburg – Sussidjarja ta’ Celje – fi stat ta’ falliment

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Nru 1346/2000 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplikaw għall-preżentazzjoni ta’ talbiet fi proċedura sekondarja mill-istralċjatur tal-proċedura prinċipali ta’ insolvenza, id-dispożizzjonijiet relatati mat-termini ta’ preżentazzjoni ta’ talbiet tal-kredituri u mal-konsegwenzi tal-preżentazzjoni tardiva abbażi tal-liġi tal-Istat fejn tiżvolġi l-proċedura sekondarja?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


Top