EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0398

Kawża C-398/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Brně – Ir-Repubblika Ċeka) – ELVOSPOL vs Odvolací finanční ředitelství (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT – Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz minħabba l-falliment tad-debitur – Kundizzjonijiet imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali għar-rettifika tal-VAT tal-output – Kundizzjoni li tipprovdi li l-kreditu parzjalment jew totalment mhux imħallas ma għandux jinħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi – Nuqqas ta’ konformità)

ĠU C 11, 10.1.2022, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Brně – Ir-Repubblika Ċeka) – ELVOSPOL vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-398/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT - Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz minħabba l-falliment tad-debitur - Kundizzjonijiet imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali għar-rettifika tal-VAT tal-output - Kundizzjoni li tipprovdi li l-kreditu parzjalment jew totalment mhux imħallas ma għandux jinħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi - Nuqqas ta’ konformità)

(2022/C 11/15)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ELVOSPOL

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Dispożittiv

L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kundizzjoni li l-kreditu parzjalment jew totalment mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi, meta din il-kundizzjoni ma tippermettix li jiġi eskluż li dan il-kreditu jista’ finalment ikun ta’ natura definittivament irrekuperabbli.


(1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


Top