Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0394

Kawża C-394/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – XY vs Finanzamt V (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-kapital – Artikoli 63 u 65 TFUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa tas-suċċessjoni – Beni immobbli li jinsabu fit-territorju nazzjonali – Tassazzjoni parzjali – Trattament iddifferenzjat tar-residenti u tal-persuni mhux residenti – Dritt għal tnaqqis fuq il-bażi taxxabbli – Tnaqqis proporzjonali fil-każ ta’ ssuġġettar parzjali – Obbligi marbuta mal-ishma rriżervati – Assenza ta’ tnaqqis fil-każ ta’ ssuġġettar parzjali)

ĠU C 84, 21.2.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 84, 21.2.2022, p. 6–6 (GA)

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – XY vs Finanzamt V

(Kawża C-394/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 u 65 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa tas-suċċessjoni - Beni immobbli li jinsabu fit-territorju nazzjonali - Tassazzjoni parzjali - Trattament iddifferenzjat tar-residenti u tal-persuni mhux residenti - Dritt għal tnaqqis fuq il-bażi taxxabbli - Tnaqqis proporzjonali fil-każ ta’ ssuġġettar parzjali - Obbligi marbuta mal-ishma rriżervati - Assenza ta’ tnaqqis fil-każ ta’ ssuġġettar parzjali)

(2022/C 84/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XY

Konvenut: Finanzamt V

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali, meta, fid-data tal-mewt, la d-decujus u lanqas il-werriet ma kellhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom f’dan l-Istat Membru, l-allowance fuq il-bażi taxxabbli titnaqqas, meta mqabbel mal-allowance applikata meta mill-inqas wieħed minnhom kellu, fl-istess data, id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fl-imsemmi Stat Membru, b’ammont li jikkorrispondi għas-sehem li jirrappreżenta l-valur tal-patrimonju li ma huwiex suġġett għall-intaxxar f’dan l-istess Stat Membru meta mqabbel mal-valur tal-massa ereditarja kollha.

2)

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali, meta, fid-data tal-mewt, la d-decujus u lanqas il-werriet ma kellhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom f’dan l-Istat Membru, l-obbligi marbuta mal-ishma rriżervati ma jistgħux jitnaqqsu, bħala passiv tas-suċċessjoni, mill-valur tas-suċċessjoni, filwaqt li dawn l-obbligi jistgħu jitnaqqsu b’mod sħiħ jekk mill-inqas wieħed minnhom kellu, fid-data tal-mewt, id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


Top