This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0572
Case T-572/19: Action brought on 16 August 2019 — Muratbey Gida v EUIPO (Shape of a braided cheese)
Kawża T-572/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2019 — Muratbey Gida vs EUIPO (Forma ta’ ġobon imberfel)
Kawża T-572/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2019 — Muratbey Gida vs EUIPO (Forma ta’ ġobon imberfel)
ĠU C 328, 30.9.2019, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/75 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2019 — Muratbey Gida vs EUIPO (Forma ta’ ġobon imberfel)
(Kawża T-572/19)
(2019/C 328/84)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Muratbey Gida Sanayi Ve Ticaret AȘ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. Schork, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni ta’ kulur iswed u abjad (forma ta’ ġobon imberfel) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 912 292
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 108/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |