Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0846

Kawża T-846/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Golden Omega vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura tat-tariffa – Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda – Att leġiżlattiv li fih miżuri ta’ implimentazzjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà”)

ĠU C 287, 31.8.2020, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Golden Omega vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Att leġiżlattiv li fih miżuri ta’ implimentazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 287/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Omega, SA (Santiago, iċ-Ċilì) (rappreżentant: S. Moolenaar, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u M. Salyková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1661 tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2019, L 251, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Golden Omega, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


Top