Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0728

    Kawża T-728/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 – PL vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-Kummissjoni fl-interess tas-servizz – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Ksur tar-rekwiżiti formali – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 28, 25.1.2021, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 28/50


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 – PL vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-728/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-Kummissjoni fl-interess tas-servizz - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Ksur tar-rekwiżiti formali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

    (2021/C 28/76)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: PL (rappreżentanti: J.-N. Louis u J. Van Rossum, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vernier, I. Melo Sampaio u C. Ehrbar, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu u tas-26 ta’ Settembru 2019 li jirrifjutaw parzjalment l-iżvelar tad-dokumenti mitluba mir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


    Top