EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0359

Kawża T-359/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Daimler vs Il-Kummissjoni (“Ambjent – Regolament (KE) Nru 443/2009 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/583 – Emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju – Metodoloġija tal-ittestjar – Karozzi tal-passiġġieri”)

ĠU C 452, 8.11.2021, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Daimler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/19) (1)

(“Ambjent - Regolament (KE) Nru 443/2009 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/583 - Emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju - Metodoloġija tal-ittestjar - Karozzi tal-passiġġieri”)

(2021/C 452/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Wimmer, C. Arhold u G. Ollinger, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u A. Becker, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/583 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2017 u għal ċerti manifatturi li jappartjenu għall-konsorzju Volkswagen għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2019, L 100, p. 66), inkwantu hija teskludi għal dak li jikkonċerna lir-rikorrenti l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 miksuba għall-ekoinnovazzjonijiet.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1), moqri flimkien mal-kolonni D u I tat-tabelli 1 u 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/583 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2017 u għal ċerti manifatturi li jappartjenu għall-konsorzju Volkswagen għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija annullata sa fejn tippreċiża, għal Daimler AG, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 miksuba permezz ta’ ekoinnovazzjonijiet.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba minn Daimler.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


Top