This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0130
Case C-130/19: Action brought on 15 February 2019 — European Court of Auditors v Karel Pinxten
Kawża C-130/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea vs Pinxten
Kawża C-130/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea vs Pinxten
ĠU C 148, 29.4.2019, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/24 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea vs Pinxten
(Kawża C-130/19)
(2019/C 148/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Lesauvage, E. von Bardeleben, J. Vermer, aġenti)
Konvenut: Karel Pinxten
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li K. Pinxten ma baqax jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu skont l-Artikoli 285 u 286 TFUE u mir-regoli adottati skont dawn; |
— |
konsegwentement, tapplika s-sanzjoni prevista fl-Artikolu 286(6) TFUE, bil-Qorti tal-Awdituri tistrieħ fuq l-għarfien tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tiddetermina l-portata tagħha; |
— |
tikkundanna lil K. Pinxten għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Qorti tal-Awdituri tikkontesta lil K. Pinxten li:
— |
l-ewwel nett, abbuża mir-riżorsi tal-Qorti tal-Awdituri sabiex jiffinanzja attivitajiet mhux relatati jew inkompatibbli mad-dmirijiet tiegħu; |
— |
it-tieni nett, wettaq użu abbużiv u illegali mill-privileġġi fiskali; |
— |
it-tielet nett, wettaq dikjarazzjonijiet foloz ta’ assigurazzjoni b’konnessjoni ma’ allegati inċidenti li jinvolvu l-vettura tas-servizz imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu; |
— |
ir-raba’ nett, eżerċita attività ta’ amministrazzjoni ta’ kumpanija kummerċjali u attività politika intensa fi ħdan partit politiku waqt li kien fil-kariga fil-Qorti tal-Awdituri; |
— |
il-ħames nett, ħoloq sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess billi offra servizz lill-persuna responsabbli minn entità awditjata. |