This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0082
Case C-82/19: Reference for a preliminary ruling from the High Court (Ireland) made on 5 February 2019 — Minister for Justice and Equality v PI
Kawża C-82/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fil-5 ta’ Frar 2019 — Minister for Justice and Equality vs PI
Kawża C-82/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fil-5 ta’ Frar 2019 — Minister for Justice and Equality vs PI
ĠU C 122, 1.4.2019, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fil-5 ta’ Frar 2019 — Minister for Justice and Equality vs PI
(Kawża C-82/19)
(2019/C 122/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister for Justice and Equality
Konvenut: PI
Domandi preliminari
1. |
L-indipendenza mill-poter eżekuttiv tal-prosekutur pubbliku għandha tiġi deċiża skont il-pożizzjoni tiegħu taħt l-ordinament ġuridiku nazzjonali rilevanti? Fil-każ ta’ risposta negattiva, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża l-indipendenza mill-poter eżekuttiv? |
2. |
Prosekutur pubbliku li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa possibbilment suġġett għal ordni jew istruzzjoni, kemm direttament jew indirettament mill-Ministeru għall-Ġustizzja, huwa suffiċjentement indipendenti mill-poter eżekuttiv sabiex jiġi kkunsidrat bħala awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru (1)? |
3. |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prosekutur pubbliku għandu jkun ukoll indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-poter eżekuttiv u liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża l-indipendenza tal-funzjonijiet? |
4. |
Jekk jitqies li huwa indipendenti mill-poter eżekuttiv, prosekutur pubbliku li l-funzjonijiet tiegħu huma limitati għal li jibda u jmexxi investigazzjonijiet u li jiżgura li tali investigazzjonijiet jitwettqu b’mod oġġettiv u legali, li joħroġ atti ta’ akkuża, li jeżegwixxi deċizjonijiet ġudizzjarji u li jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ reati, u li ma għandux kompetenza li joħroġ mandati ta’ arrest nazzjonali u lanqas ma jista’ jwettaq funzjonijiet ġudizzjarji, jista’ jitqies li huwa “awtorità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru? |
5. |
Il-Prosekutur Pubbliku ta’ Zwickau huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri? |
(1) Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).