Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0415

Kawżi magħquda C-415/19 u C-417/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Blumar SpA (C-415/19), Roberto Abate SpA (C-416/19), Commerciale Gicap SpA (C-417/19 / Agenzia delle Entrate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li tingħata għajnuna taħt l-iskema awtorizzata f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni mhux prevista fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni)

ĠU C 287, 31.8.2020, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Blumar SpA (C-415/19), Roberto Abate SpA (C-416/19), Commerciale Gicap SpA (C-417/19 / Agenzia delle Entrate

(Kawżi magħquda C-415/19 u C-417/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara skema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li tingħata għajnuna taħt l-iskema awtorizzata f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni mhux prevista fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni)

(2020/C 287/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Blumar SpA (C-415/19), Roberto Abate SpA (C-416/19), Commerciale Gicap SpA (C-417/19)

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Dispożittiv

L-Artikolu 108(3) TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 380 tal-25 ta’ Jannar 2008, “Għajnuna mill-Istat N 39/2007— L-Italja—Kreditu ta’ taxxa għall-investimenti l-ġodda fiż-żoni żvantaġġati”, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ għajnuna taħt l-iskema ta’ għajnuna stabbilita minn dan l-Istat Membru u awtorizzata minn din id-deċiżjoni huwa suġġett għal dikjarazzjoni tal-applikant li tgħid li huwa ma bbenefikax minn għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mill-Kummissjoni Ewropea, li huwa naqas milli jirrimborsa jew milli jqiegħed f’kont ibblukkat, anki jekk huwa ma jkunx ġie suġġett għal talba għal irkupru u minkejja l-fatt li l-imsemmija deċiżjoni ma tipprevedix espressament tali rekwiżit.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019.


Top