Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0686

    Kawża C-686/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Litwanja) – SIA “Soho Group” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Direttiva 2008/48/KE – Kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” – Spejjeż marbuta mal-estensjoni tal-kreditu)

    ĠU C 297, 7.9.2020, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Litwanja) – SIA “Soho Group” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

    (Kawża C-686/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” - Spejjeż marbuta mal-estensjoni tal-kreditu)

    (2020/C 297/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa (Senāts)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SIA “Soho Group”

    Konvenut: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

    Dispożittiv

    Il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur”, previst fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-kunċett jinkludi l-ispejjeż għall-estensjoni eventwali tal-kreditu, sa fejn, minn naħa, il-kundizzjonijiet konkreti u preċiżi għall-estensjoni eventwali tiegħu, inkluż it-tul tagħha, jifformaw parti mill-klawżoli u mill-kundizzjonijiet miftiehma bejn il-persuna li ssellef u l-persuna li tissellef fil-kuntratt ta’ kreditu u, min-naħa l-oħra, dawn l-ispejjeż huma magħrufa mill-persuna li ssellef.


    (1)  ĠU C 399, 25.11.2019


    Top