Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0502

    Kawża C-502/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – proċeduri kriminali kontra Oriol Junqueras Vies (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura mħaffa – Dritt istituzzjonali – Ċittadin tal-Unjoni Ewropea elett fil-Parlament Ewropew minkejja li qiegħed taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura kriminali – Artikolu 14 TUE – Kunċett ta’ “membru tal-Parlament Ewropew” – Artikolu 343 TFUE – Immunitajiet neċessarji għat-twettiq tal-missjoni tal-Unjoni – Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 9 – Immunitajiet lill-membri tal-Parlament Ewropew – Immunità ta’ traġitt – Immunitajiet ta’ sessjonijiet – Kampijiet ta’ applikazzjoni personali, ratione temporis u ratione materiae ta’ dawn id-diversi immunitajiet – Tneħħija ta’ immunità mill-Parlament Ewropew – Talba għat-tneħħija ta’ immunità minn qorti nazzjonali – Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali – Artikolu 5 – Mandat – Artikolu 8 – Proċedura elettorali – Artikolu 12 – Verifika tas-setgħat tal-membri tal-Parlament Ewropew wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 39(2) – Elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, liberu u sigriet – Dritt ta’ eliġibbiltà)

    ĠU C 68, 2.3.2020, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – proċeduri kriminali kontra Oriol Junqueras Vies

    (Kawża C-502/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura mħaffa - Dritt istituzzjonali - Ċittadin tal-Unjoni Ewropea elett fil-Parlament Ewropew minkejja li qiegħed taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura kriminali - Artikolu 14 TUE - Kunċett ta’ “membru tal-Parlament Ewropew” - Artikolu 343 TFUE - Immunitajiet neċessarji għat-twettiq tal-missjoni tal-Unjoni - Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 9 - Immunitajiet lill-membri tal-Parlament Ewropew - Immunità ta’ traġitt - Immunitajiet ta’ sessjonijiet - Kampijiet ta’ applikazzjoni personali, ratione temporis u ratione materiae ta’ dawn id-diversi immunitajiet - Tneħħija ta’ immunità mill-Parlament Ewropew - Talba għat-tneħħija ta’ immunità minn qorti nazzjonali - Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali - Artikolu 5 - Mandat - Artikolu 8 - Proċedura elettorali - Artikolu 12 - Verifika tas-setgħat tal-membri tal-Parlament Ewropew wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 39(2) - Elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, liberu u sigriet - Dritt ta’ eliġibbiltà)

    (2020/C 68/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Oriol Junqueras Vies

    fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal, Abogacía del Estado, Partido político VOX

    Dispożittiv

    L-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    persuna li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew meta hija kienet is-suġġett ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura għal reati kriminali serji, iżda li ma ġietx awtorizzata tikkonforma ruħha ma’ ċerti rekwiżiti previsti mid-dritt intern wara tali proklamazzjoni kif ukoll li tmur il-Parlament Ewropew, sabiex tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tiegħu, għandha titqies li tgawdi minn immunità bis-saħħa tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu;

    din l-immunità timplika t-tneħħija ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq il-persuna kkonċernata, sabiex tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa. Madankollu, jekk il-qorti nazzjonali kompetenti tqis li din il-miżura għandha tinżamm wara l-kisba, mill-persuna msemmija, tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, hija għandha titlob malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament Ewropew li jneħħi l-imsemmija immunità, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-istess protokoll.


    (1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


    Top