EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0411

Kawża C-411/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – WWF Italia o.n.l.u.s., et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (ANAS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Artikolu 6 – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Twettiq ta’ sezzjoni tat-triq – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq iż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kkonċernata – Awtorizzazzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar)

ĠU C 297, 7.9.2020, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – WWF Italia o.n.l.u.s., et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (ANAS)

(Kawża C-411/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6 - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Twettiq ta’ sezzjoni tat-triq - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ dan il-proġett fuq iż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kkonċernata - Awtorizzazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar)

(2020/C 297/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WWF Italia o.n.l.u.s., Lega Italiana Protezione Uccelli o.n.l.u.s., Gruppo di Intervento Giuridico o.n.l.u.s., Italia Nostra o.n.l.u.s., Forum Ambientalista, FC et

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (ANAS)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-tkomplija, għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar, tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett li l-effetti tiegħu fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni ma jistgħux jiġu mmitigati u li dwaru l-awtorità pubblika kompetenti tkun diġà tat parir negattiv, sakemm ma tkunx teżisti soluzzjoni alternattiva li għandha inqas inkonvenjenti għall-integrità taż-żona kkonċernata, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.

2)

Meta tkun saret fil-konfront ta’ pjan jew proġett, b’applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “Habitats”, evalwazzjoni sfavorevoli tal-effetti tiegħu fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni u l-Istat Membru kkonċernat ikun madankollu ddeċieda, skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, li jwettqu għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ikbar, l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li, wara l-evalwazzjoni sfavorevoli tiegħu konformement mal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu u qabel l-adozzjoni definittiva tiegħu b’applikazzjoni tal-paragrafu 4 tal-imsemmi artikolu, dan il-pjan jew dan il-proġett jiġi kkompletat b’miżuri ta’ mitigazzjoni tal-effetti tiegħu fuq din iż-żona u li l-evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti titkompla. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43 ma jipprekludix, fl-istess ipoteżi, leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu ddefiniti l-miżuri kumpensatorji fil-kuntest tal-istess deċiżjoni, sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva jkunu wkoll issodisfatti.

3)

Id-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-proponent iwettaq studju tal-effetti tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni fuq iż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kkonċernata, li abbażi tiegħu l-awtorità kompetenti tipproċedi għall-evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti. Min-naħa l-oħra, din id-direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-proponent jiġi inkarigat jintegra, fil-pjan jew fil-proġett definittiv, rekwiżiti, osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw il-pajsaġġ u l-ambjent, wara li tkun saret fil-konfront tiegħu evalwazzjoni negattiva mill-awtorità kompetenti mingħajr ma l-pjan jew il-proġett hekk mibdul ikollu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida minn din l-awtorità.

4)

Id-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata fis-sens li, għalkemm hija tħalli lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jaħtru l-awtorità kompetenti sabiex tevalwa l-effetti ta’ pjan jew proġett fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni fl-osservanza tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tipprekludi, min-naħa l-oħra, li kwalunkwe awtorità tkompli jew tikkompleta din l-evalwazzjoni, ladarba din tkun twettqet.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


Top