Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0257

    Kawża C-257/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Prinċipji li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu – Direttiva 2009/18/KE – Artikolu 8(1) – Partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lill-korp investigattiv – Membri tal-korp investigattiv li jeżerċitaw, parallelament, funzjonijiet oħra – Nuqqas ta’ twaqqif ta’ korp investigattiv indipendenti”)

    ĠU C 287, 31.8.2020, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

    (Kawża C-257/19) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Prinċipji li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu - Direttiva 2009/18/KE - Artikolu 8(1) - Partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lill-korp investigattiv - Membri tal-korp investigattiv li jeżerċitaw, parallelament, funzjonijiet oħra - Nuqqas ta’ twaqqif ta’ korp investigattiv indipendenti”)

    (2020/C 287/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. L. Kalėda u N. Yerrell, aġenti)

    Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn N. J. Travers, SC, u minn B. Doherty, BL)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma waqqfitx korp investigattiv indipendenti, fuq il-livell organizzattiv tiegħu u tal-proċess deċiżjonali tiegħu, minn kull parti li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kompitu fdat lilu, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    2)

    L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 206, 17.06.2019.


    Top