Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0104

    Kawża C-104/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Donex Shipping and Forwarding BV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika kummerċjali komuni – Dumping – Dritt antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 91/2009 – Validità – Regolament (KE) Nru 384/96 – Artikolu 2(10) u (11) – Drittijiet tad-difiża)

    ĠU C 287, 31.8.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Donex Shipping and Forwarding BV vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-104/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali komuni - Dumping - Dritt antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 91/2009 - Validità - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(10) u (11) - Drittijiet tad-difiża)

    (2020/C 287/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Donex Shipping and Forwarding BV

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Dispożittiv

    L-eżami tad-domandi preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


    (1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


    Top