Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0081

Kawża C-81/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj- ir-Rumanija) – NG, OH vs SC Banca Transilvania SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(2) – Kunċett ta’ “Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi” – Dispożizzjonijiet supplenti – Kuntratt ta’ self redatt f’munita barranija – Klawżola dwar ir-riskju tal-kambju)

ĠU C 287, 31.8.2020, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj- ir-Rumanija) – NG, OH vs SC Banca Transilvania SA

(Kawża C-81/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(2) - Kunċett ta’ “Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi” - Dispożizzjonijiet supplenti - Kuntratt ta’ self redatt f’munita barranija - Klawżola dwar ir-riskju tal-kambju)

(2020/C 287/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NG, OH

Konvenuta: SC Banca Transilvania SA

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, iżda li tirrifletti regola li, skont il-liġi nazzjonali, tapplika bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor f’dan ir-rigward, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019


Top