Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0025

    Kawża C-25/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu – il-Polonja) – Corporis sp. z o.o. vs Gefion Insurance A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2009/138/KE – Rappreżentanza ta’ impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja – Rappreżentant iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali – Notifika jew komunikazzjoni ta’ atti – Riċezzjoni tal-att promotur – Regolament (KE) Nru 1393/2007 – Nuqqas ta’ applikabbiltà)

    ĠU C 137, 27.4.2020, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 137/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu – il-Polonja) – Corporis sp. z o.o. vs Gefion Insurance A/S

    (Kawża C-25/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2009/138/KE - Rappreżentanza ta’ impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja - Rappreżentant iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali - Notifika jew komunikazzjoni ta’ atti - Riċezzjoni tal-att promotur - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Nuqqas ta’ applikabbiltà)

    (2020/C 137/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Poznaniu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Corporis sp. z o.o

    Konvenuta: Gefion Insurance A/S

    Dispożittiv

    L-Artikolu 152(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 151 tagħha u mal-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħatra minn impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja ta’ rappreżentant fl-Istat Membru ospitanti tinkludi wkoll l-awtorizzazzjoni ta’ dan ir-rappreżentant li jirċievi att promotur fil-qasam tal-kumpens minħabba inċident tat-traffiku.


    (1)  ĠU C 164, 13.5.2019


    Top