Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0651

Kawża T-651/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Balani Balani et vs EUIPO – Play Hawkers (HAWKERS)

ĠU C 4, 7.1.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Balani Balani et vs EUIPO – Play Hawkers (HAWKERS)

(Kawża T-651/18)

(2019/C 4/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sonu Gangaram Balani Balani, Anup Suresh Balani Shivdasani u Amrit Suresh Balani Shivdasani (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentant: A. Díaz Marrero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Play Hawkers, SL (Elche, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni HAWKERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 746 209

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 396/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tadotta sentenza li tiddikjara li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni Nru 15 746 209, u li ġiet parzjalment aċċettata, tiġi aċċettata wkoll fir-rigward tal-kumplament tal-prodotti li għalihom saret applikazzjoni: Arloġġi; Kronometri (arloġġi); Arloġġi tal-Isport; Ġojjellerija; Imitation jewellery; Artikoli ta’ imitation jewellery; Ġejjellerija, inkluża Imitation Jewellery u Imitation Jewellery tal-plastik; Artikoli relatati mal-arloġġi; Prodotti relatati mal-arloġġi; Kontenituri għall-arloġġi.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top