This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0640
Case T-640/18: Action brought on 29 October 2018 — Intercontact Budapest v CdT
Kawża T-640/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Intercontact Budapest vs CdT
Kawża T-640/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Intercontact Budapest vs CdT
ĠU C 4, 7.1.2019, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 4/35 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Intercontact Budapest vs CdT
(Kawża T-640/18)
(2019/C 4/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Intercontact Budapest Fordító és Pénzügyi Tanácsadó Kft. (Intercontact Budapest Kft.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: É. Subasicz, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
Prinċipalment, tiddikjara jekk il-punti ta’ evalwazzjoni mogħtija lid-diversi offerenti humiex realistiċi abbażi ta’ paragun tal-offerti ppreżentati, u jekk humiex konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza. |
— |
Sussidjarjament, tiddikjara li l-interpretazzjoni legali tal-konvenut dwar l-Artikolu 113(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, hija żbaljata u li r-reklamar tal-prezzijiet tal-offerti magħmula mill-parteċipanti fis-sejħa pubblika għall-offerti ma jmurx kontra r-regolament invokat. |
— |
Iktar sussidjarjament, tannulla r-riżultat li għalih wasal il-konvenut fir-rigward tal-Lott 12 tal-proċedura FL/FIN17, kif ukoll il-proċedura amministrattiva f’dak li jirrigwarda dan l-istess lott. |
— |
Iktar sussidjarjament, tistabbilixxi liema huwa l-att proċedurali (att ġuridiku fis-seħħ), fil-proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti li hija s-suġġett tar-rikors, li min-notifika tiegħu jibda’ jiddekorri t-terminu għal preżentata ta’ rikors stabbilt fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza, sa fejn fil-proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-konvenut applika kriterji differenti ta’ evalwazzjoni skont l-offerent. (1) |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter sa fejn il-konvenut ma kkomunikax lir-rikorrenti l-informazzjoni meħtieġa fil-proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti. (2) |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi ma nnotifikax it-termini għall-preżentata ta’ rikors u b’dan il-mod illimita l-possibbiltà li jitressaq rikors, il-konvenut kiser id-direttiva tal-Unjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. (3) |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut ostakola l-eżerċizzju tad-dritt tar-rikorrenti li tippreżenta rikors kontra istituzzjoni tal-Unjoni. (4) |
(1) Premessi 1 u 90 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).
(2) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).
(3) Punt 16 tal-Parti D tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2018 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).
(4) Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.