Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0609

Kawża T-609/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Fujifilm Recording Media vs EUIPO – iTernity (d:ternity)

ĠU C 445, 10.12.2018, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/22


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Fujifilm Recording Media vs EUIPO – iTernity (d:ternity)

(Kawża T-609/18)

(2018/C 445/27)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fujifilm Recording Media GmbH (Kleve, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Härer, C. Schulze, C. Weber, H. Ranzinger u C. Gehweiler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iTernity GmbH (Freiburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “d:ternity” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 152 154

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 2324/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 18 u 64 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top