Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0449

    Kawża T-449/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2018 – Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Poligonu ottagonali)

    ĠU C 311, 3.9.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/20


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2018 – Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Poligonu ottagonali)

    (Kawża T-449/18)

    (2018/C 311/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ortlieb Sportartikel GmbH (rappreżentanti: A. Wulf u K. Schmidt-Hern, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ poligonu ottagonali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 047 466

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2018 fil-Każ R 1634/2017-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top