EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0688

Kawża T-688/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2020 – Exploitatiemaatschappij De Berghaaf vs EUIPO – Brigade Electronics Group (CORNEREYE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CORNEREYE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BACKEYE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv miżjud tat-trade mark preċedenti akkwistat bl-użu – Provi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001”)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2020 – Exploitatiemaatschappij De Berghaaf vs EUIPO – Brigade Electronics Group (CORNEREYE)

(Kawża T-688/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CORNEREYE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BACKEYE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv miżjud tat-trade mark preċedenti akkwistat bl-użu - Provi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 137/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Exploitatiemaatschappij De Berghaaf BV (Barneveld, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Pansch, S. Klopschinski u M. von Rospatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brigade Electronics Group plc (Kent, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Hicks, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1966/2017-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brigade Electronics Group u Exploitatiemaatschappij De Berghaaf.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1966/2017-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Exploitatiemaatschappij De Berghaaf BV, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Exploitatiemaatschappij De Berghaaf għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

3)

Brigade Electronics Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 24, 21.1.2019.


Top