Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0540

    Kawża T-540/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – ASL Aviation Holdings u ASL Airlines (Ireland) vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kompetizzjoni – Swieq tas-servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE – Konċentrazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Motivi jew ilmenti invokati minn terz f’kawża oħra – Provi prodotti fir-replika – Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni għad-dewmien – Inammissibbiltà – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 22–22 (GA)

    25.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2022 – ASL Aviation Holdings u ASL Airlines (Ireland) vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-540/18) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kompetizzjoni - Swieq tas-servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE - Konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Motivi jew ilmenti invokati minn terz f’kawża oħra - Provi prodotti fir-replika - Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni għad-dewmien - Inammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

    (2022/C 171/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ASL Aviation Holdings DAC (Swords, l-Irlanda), ASL Airlines (Ireland) Ltd (Swords) (rappreżentanti: N. Travers, SC, H. Kelly, K. McKenna u R. Scanlan, solicitors)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, P. Berghe, M. Farley u R. Leupold Henning, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni mġarrba mir-rikorrenti minħabba l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431 tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/M.6570 – UPS/TNT Express).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ASL Aviation Holdings DAC u ASL Airlines (Ireland) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 399, 5.11.2018


    Top