Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0163

Kawża T-163/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Proroga tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

ĠU C 103, 30.3.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/18) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Proroga tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2020/C 103/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile u S. Van Overmeire, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 328, p. 19), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gabriel Amisi Kumba huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


Top