This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0002
Case C-2/18: Request for a preliminary ruling from the Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (Lithuania) lodged on 2 January 2018 — A group of Members of the Seimas
Kawża C-2/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė
Kawża C-2/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė
ĠU C 104, 19.3.2018, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Jannar 2018 – Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė
(Kawża C-2/18)
(2018/C 104/24)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė
Konvenut: Lietuvos Respublikos Seimas
Domandi preliminari
|
1) |
Huwa possibbli li l-Artikolu 148(4) tar-Regolament Nru 1308/2013 (1) jiġi interpretat fis-sens li, għal skopijiet ta’ tisħiħ tas-setgħa ta’ negozjazzjoni tal-produtturi ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prevenzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali, u b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti partikolaritajiet strutturali tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll tal-evoluzzjoni tas-suq tal-ħalib, ma jipprekludix l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-effett li tillimita l-libertà tal-partijiet f’kuntratt li jinnegozjaw il-prezz tax-xiri ta’ ħalib mhux ipproċessat sa fejn ix-xerrej jiġi pprojbit milli jħallas lill-bejjiegħa li għandhom jiġu kklassifikati fl-istess grupp fir-rigward tal-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat mibjugħ u li ma jappartjenu għal ebda organizzazzjoni rrikonoxxuta ta’ produtturi tal-ħalib, prezzijiet ta’ xiri differenti għal ħalib mhux ipproċessat li għandu kompożizzjoni u kwalità identiċi u li jiġi kkunsinnat lix-xerrej skont metodi identiċi, u li l-partijiet b’hekk ma jistgħux jiftehmu fuq prezz ta’ xiri differenti skont fatturi oħra, ikunu xi jkunu? |
|
2) |
Huwa possibbli li l-Artikolu 148(4) tar-Regolament Nru 1308/2013 jiġi interpretat fis-sens li, għal skopijiet ta’ tisħiħ tas-setgħa ta’ negozjazzjoni tal-produtturi tal-ħalib mhux ipproċessat u ta’ prevenzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali u b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti partikolaritajiet strutturali tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll tal-evoluzzjoni tas-suq tal-ħalib, ma jipprekludix l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-effett li tillimita l-libertà tal-partijiet f’kuntratt li jinnegozjaw il-prezz tax-xiri ta’ ħalib mhux ipproċessat sa fejn ix-xerrej jiġi pprojbit milli jbaxxi l-prezz tax-xiri mingħajr ġustifikazzjoni u sa fejn ikun possibbli li dan il-prezz jitbaxxa b’iktar minn 3 % biss jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat tkun iddikjarat it-tnaqqis bħala ġġustifikat? |
(1) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671).