Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0748

    Kawża C-748/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà – Rikors għal annullament – Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Assenza ta’ locus standi – Persuna mhux ikkonċernata individwalment – Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Appell manifestament infondat)

    ĠU C 68, 2.3.2020, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/23


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-748/18 P) (1)

    (Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ locus standi - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell manifestament infondat)

    (2020/C 68/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Appellanti: Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

    2)

    Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


    Top