Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0709

    Kawża C-709/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Špecializovaný trestný súd – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra UL, VM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikoli 3 u 4 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Qorti nazzjonali – Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża – Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati – Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija)

    ĠU C 287, 31.8.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/15


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Špecializovaný trestný súd – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra UL, VM

    (Kawża C-709/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikoli 3 u 4 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 47 u 48 - Riferimenti pubbliċi għall-ħtija - Qorti nazzjonali - Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża - Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati - Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija)

    (2020/C 287/22)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Špecializovaný trestný súd

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    UL, VM

    fil-preżenza ta’: Úrad špeciálnej prokuratúry Generálnej prokuratúry Slovenskej republiky

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, moqrija flimkien mal-premessa 16 ta’ din id-direttiva, kif ukoll mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u mal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra żewġ persuni, qorti nazzjonali taċċetta, qabelxejn, permezz ta’ digriet l-istqarrija ta’ ħtija tal-ewwel persuna għar-reati msemmija fl-att ta’ akkuża allegatament imwettqa flimkien mat-tieni persuna li ma stqarritx li hija ħatja u tiddeċiedi, sussegwentement, wara l-produzzjoni tal-provi relatati mal-akkużi miġjuba kontra din it-tieni persuna, fuq il-ħtija tagħha, bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-fatt li t-tieni persuna tissemma bħala koawtur tal-allegati reati huwa neċessarju għall-klassifikazzjoni tar-responsabbiltà legali tal-persuna li stqarret li hija ħatja u, min-naħa l-oħra, li dan l-istess digriet u/jew att ta ’akkuża li għalih tirreferi jindikaw b’mod ċar li l-ħtija ta’ din it-tieni persuna ma ġietx stabbilita legalment u ser tkun is-suġġett ta’ produzzjoni ta’ provi u ta’ sentenza separati.


    (1)  ĠU C 44, 4.2.2019.


    Top