This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0824
Case C-824/18: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 2 March 2021 (request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny — Poland) — A.B., C.D., E.F., G.H., I.J. v Krajowa Rada Sądownictwa (Reference for a preliminary ruling — Article 2 and the second subparagraph of Article 19(1) TEU — Rule of law — Effective judicial protection — Principle of judicial independence — Procedure for appointment to a position as judge at the Sąd Najwyższy (Supreme Court, Poland) — Appointment by the President of the Republic of Poland on the basis of a resolution emanating from the National Council of the Judiciary — Lack of independence of that council — Lack of effectiveness of the judicial remedy available against such a resolution — Judgment of the Trybunał Konstytucyjny (Constitutional Court, Poland) repealing the provision on which the referring court’s jurisdiction is based — Adoption of legislation declaring the discontinuance of pending cases by operation of law and precluding in the future any judicial remedy in such cases — Article 267 TFEU — Option and/or obligation for national courts to make a reference for a preliminary ruling and to maintain that reference — Article 4(3) TEU — Principle of sincere cooperation — Primacy of EU law — Power to disapply national provisions which do not comply with EU law)
Kawża C-824/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – A.B., C.D., E.F., G.H., I.J. vs Krajowa Rada Sądownictwa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Stat tad-dritt – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja – Proċedura ta’ ħatra għall-pożizzjoni ta’ mħallfin fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) – Ħatra mill-President tar-Repubblika tal-Polonja fuq riżoluzzjoni mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura – Nuqqas ta’ indipendenza ta’ dan il-kunsill – Assenza ta’ effettività tal-azzjoni ġudizzjarja miftuħa kontra tali riżoluzzjoni – Sentenza tat-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) li tħassar id-dispożizzjoni li fuqha hija bbażata l-kompetenza tal-qorti tar-rinviju – Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tiddekreta li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni ipso jure f’kawżi pendenti u li teskludi fil-futur kull azzjoni ġudizzjarja f’tali kawżi – Artikolu 267 TFUE – Possibbiltà u/jew obbligu għall-qrati nazzjonali li jagħmlu rinviju preliminari u li jżommuh – Artikolu 4(3) TUE – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni – Setgħa li jitħallew mhux applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni)

ĠU C 148, 26.4.2021, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – A.B., C.D., E.F., G.H., I.J. vs Krajowa Rada Sądownictwa
(Kawża C-824/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Stat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja - Proċedura ta’ ħatra għall-pożizzjoni ta’ mħallfin fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) - Ħatra mill-President tar-Repubblika tal-Polonja fuq riżoluzzjoni mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura - Nuqqas ta’ indipendenza ta’ dan il-kunsill - Assenza ta’ effettività tal-azzjoni ġudizzjarja miftuħa kontra tali riżoluzzjoni - Sentenza tat-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) li tħassar id-dispożizzjoni li fuqha hija bbażata l-kompetenza tal-qorti tar-rinviju - Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tiddekreta li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni ipso jure f’kawżi pendenti u li teskludi fil-futur kull azzjoni ġudizzjarja f’tali kawżi - Artikolu 267 TFUE - Possibbiltà u/jew obbligu għall-qrati nazzjonali li jagħmlu rinviju preliminari u li jżommuh - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Supremazija tad-dritt tal-Unjoni - Setgħa li jitħallew mhux applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni)
(2021/C 148/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A.B., C.D., E.F., G.H., I.J.
Konvenut: Krajowa Rada Sądownictwa
fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny, Rzecznik Praw Obywatelskich
Dispożittiv
|
1) |
Fil-preżenza ta’ emendi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali li, l-ewwel nett, iċaħħdu lil qorti nazzjonali mill-kompetenza tagħha sabiex tagħti deċiżjoni fl-ewwel u l-aħħar istanza fuq rikorsi ppreżentati minn kandidati għal pożizzjonijiet ta’ mħallfin f’qorti bħas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) kontra deċiżjonijiet ta’ korp bħalma huwa l-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-Polonja) li ma jippreżentax il-kandidatura tagħhom, iżda li jippreżenta dik ta’ kandidati oħra lill-President tar-Repubblika tal-Polonja bl-għan li jinħatru għal dawn il-pożizzjonijiet, li, it-tieni, jiddekretaw li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni ipso jure fuq tali rikorsi meta jkunu għadhom pendenti, billi jeskludu li l-eżami tagħhom ikun jista’ jitkompla jew li jkunu jistgħu jerġgħu jiġu introdotti, u li, it-tielet, iċaħħdu, b’dan il-mod, lil tali qorti nazzjonali mill-possibbiltà li tikseb risposta għad-domandi preliminari li hija tkun indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja:
Fil-każ ta’ ksur ipprovat tal-imsemmija artikoli, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq il-qorti tar-rinviju li tħalli mhux applikati l-emendi inkwistjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunux ta’ oriġini leġiżlattiva jew kostituzzjonali, u li tkompli, konsegwentement, tassumi l-kompetenza li kienet tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tat-tilwim li kellha quddiemha qabel ma twettqu dawn l-emendi. |
|
2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet li jemendaw l-istat tad-dritt nazzjonali fis-seħħ u li permezz tagħhom:
meta jkun jidher, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa abbażi tal-elementi rilevanti kollha, li dawn id-dispożizzjonijiet huma ta’ natura li joħolqu dubji leġittimi, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, dwar l-impermeabbiltà tal-imħallfin hekk maħtura mill-President tar-Repubblika tal-Polonja fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ korp bħall-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura), fir-rigward ta’ elementi esterni, b’mod partikolari, ta’ influwenzi diretti jew indiretti tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, u fir-rigward tan-newtralità tagħhom fil-konfront tal-interessi quddiemhom u, għaldaqstant, jistgħu jwasslu għal assenza ta’ apparenza ta’ indipendenza jew ta’ imparzjalità ta’ dawn l-imħallfin li tkun ta’ natura li tippreġudika l-fiduċja li l-ġustizzja għandha tispira fil-persuni fil-kawża f’soċjetà demokratika u Stat tad-dritt. Fil-każ ta’ ksur ikkonfermat tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq il-qorti tar-rinviju li twarrab l-imsemmija dispożizzjonijiet favur l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali preċedentement fis-seħħ filwaqt li teżerċita hija stess l-istħarriġ ġudizzjarju previst minn dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar. |