Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0686

    Kawża C-686/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 a’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et vs Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikoli 63 et seq. TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Artikoli 107 et seq. TFUE – Għajnuna mill-Istat – Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Regolament (UE) Nru 575/2013 – Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi ta’ investiment – Artikolu 29 – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Artikolu 6(4) – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 241/2014 – Standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli għall-istituzzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu massimu ta’ attiv għall-banek popolari kkostitwiti fil-forma ta’ soċjetajiet kooperattivi u li tippermetti l-limitazzjoni tad-dritt għat-tifdija tal-azzjonijiet tas-soċji li jirtiraw)

    ĠU C 297, 7.9.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 a’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et vs Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

    (Kawża C-686/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Artikoli 63 et seq. TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 107 et seq. TFUE - Għajnuna mill-Istat - Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà ta’ intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-impriżi ta’ investiment - Artikolu 29 - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 6(4) - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 241/2014 - Standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli għall-istituzzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu massimu ta’ attiv għall-banek popolari kkostitwiti fil-forma ta’ soċjetajiet kooperattivi u li tippermetti l-limitazzjoni tad-dritt għat-tifdija tal-azzjonijiet tas-soċji li jirtiraw)

    (2020/C 297/11)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et

    Konvenuti: Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

    fil-preżenza ta’: Banca Popolare di Sondrio ScpA, Veneto Banca ScpA, Banco Popolare – Società Cooperativa, Coordinamento delle associazioni per la tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e consumatori (Codacons), Banco BPM SpA, Unione di Banche Italiane – Ubi Banca SpA, Banca Popolare di Milano, Amber Capital Italia SGR SpA, RZ et, Amber Capital UK LLP, Unione di Banche Italiane – Ubi Banca ScpA, Banca Popolare di Vicenza ScpA, Banca Popolare dell’Etruria e del Lazio SC

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet, kif ukoll l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi lill-banek popolari stabbiliti f’dan l-Istat Membru milli jirrifjutaw li jifdu l-istrumenti ta’ fondi proprji iżda li tippermetti lil dawn il-banek jiddiferixxu għal perijodu illimitat it-tifdija tas-sehem tas-soċju li jirtira u li jillimitaw kompletament jew parzjalment l-ammont mifdi, kemm-il darba l-limiti ta’ tifdija deċiżi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun meħtieġ, fid-dawl tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-imsemmija banek, sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti kapitali maħruġa minnhom ikunu eliġibbli bħala strumenti ta’ ekwità komuni tal-grad 1, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-elementi msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Delega Nru 241/2014, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    2)

    L-Artikoli 63 et seq. TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi limitu massimu ta’ attiv għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet bankarji minn banek popolari stabbiliti f’dan l-Istat Membru u kkostitwiti fil-forma ta’ soċjetajiet kooperattivi pubbliċi b’responsabbiltà limitata, limitu li fil-każ li jinqabeż dawn il-banek ikunu obbligati jittrasformaw ruħhom f’kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, inaqqsu l-attiv tagħhom b’tali mod li jkun inqas minn dan il-limitu jew jipproċedu għal-likwidazzjoni tagħhom, kemm-il darba din il-leġiżlazzjoni tkun adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 35, 28.1.2019.


    Top