EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0663

Kawża C-663/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – proċeduri kriminali kontra BS, CA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-merkanzija – Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-kittien u tal-qanneb – Derogi – Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-industrijalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qanneb għall-fibri u ż-żrieragħ biss – Kannabidjol (CBD))

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – proċeduri kriminali kontra BS, CA

(Kawża C-663/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-kittien u tal-qanneb - Derogi - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-industrijalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qanneb għall-fibri u ż-żrieragħ biss - Kannabidjol (CBD))

(2021/C 28/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-En-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

B S, C A

fil-preżenza ta’: Ministère public, Conseil national de l’ordre des pharmaciens

Dispożittiv

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni tal-kannabidjol (CBD) legalment prodott fi Stat Membru ieħor, meta jiġi estratt mill-pjanta tal-cannabis sativa kollha kemm hi u mhux mill-fibri u ż-żrieragħ tagħha biss, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tkunx xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq. Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


Top