EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0592

Kawża C-592/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Darie BV vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Artikolu 3(1)(a) u (ċ) – Kunċett ta’ “prodott bijoċidali” – Kunċett ta’ “sustanza attiva” – Prodott batterjali li fih l-ispeċi Bacillus ferment – Mod ta’ azzjoni li ma huwiex sempliċement azzjoni fiżika jew mekkanika – Mod ta’ azzjoni indirett – Perijodu li fih jaġixxi l-prodott)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Darie BV vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-592/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 3(1)(a) u (ċ) - Kunċett ta’ “prodott bijoċidali” - Kunċett ta’ “sustanza attiva” - Prodott batterjali li fih l-ispeċi Bacillus ferment - Mod ta’ azzjoni li ma huwiex sempliċement azzjoni fiżika jew mekkanika - Mod ta’ azzjoni indirett - Perijodu li fih jaġixxi l-prodott)

(2020/C 68/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Darie BV

Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “prodott bijoċidali”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri prodotti li fihom waħda jew iktar speċi ta’ batterji, enzimi jew komponenti oħra li, minħabba l-mod ta’ azzjoni speċifika tagħhom, ma jaġixxux, bħala prinċipju, b’mod dirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li għalihom huma maħsuba iżda fuq il-ħolqien jew iż-żamma ta’ habitat li jiffavorixxi dawn l-organiżmi ta’ ħsara, bil-kundizzjoni li dawn il-prodotti jinvolvu azzjoni li ma hijiex azzjoni sempliċement fiżika jew mekkanika u li tagħmel parti integrali minn katina ta’ kawżalità li l-għan tagħha jkun li tipproduċi effett inibitorju għall-imsemmija organiżmi.

2)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 528/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li prodott ma għandux jiġi applikat fuq il-wiċċ li għandu jiġi ttrattat qabel ma jiġu eliminati l-organiżmi ta’ ħsara li għalihom ikun maħsub u li jkunu jinsabu fuq dan il-wiċċ ma għandux impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott bħala “prodott bijoċidali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 528/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu li fih prodott jaġixxi ma għandux impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott bħala “prodott bijoċidali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


Top