Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0405

    Kawża C-405/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – AURES Holdings a.s. vs Odvolací finanční ředitelství (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji – Trasferiment tas-sede ta’ ġestjoni effettiva ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak tal-kostituzzjoni tagħha – Trasferiment ta’ residenza fiskali lejn dan l-Istat Membru l-ieħor – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġi invokat it-telf ta’ taxxa mġarrab fl-Istat Membru ta’ kostituzzjoni qabel it-trasferiment tas-sede)

    ĠU C 137, 27.4.2020, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 137/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – AURES Holdings a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

    (Kawża C-405/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Trasferiment tas-sede ta’ ġestjoni effettiva ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak tal-kostituzzjoni tagħha - Trasferiment ta’ residenza fiskali lejn dan l-Istat Membru l-ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġi invokat it-telf ta’ taxxa mġarrab fl-Istat Membru ta’ kostituzzjoni qabel it-trasferiment tas-sede)

    (2020/C 137/14)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AURES Holdings a.s.

    Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija kkostitwita skont id-dritt ta’ Stat Membru, li tittrasferixxi s-sede ta’ ġestjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor mingħajr ma dan it-trasferiment jaffettwa l-kwalità tagħha bħala kumpannija kkostitwita skont id-dritt tal-ewwel Stat Membru, tista’ tibbaża ruħha fuq dan l-artikolu sabiex tikkontesta r-rifjut, fl-Istat Membru l-ieħor, tar-riport tat-telf preċedenti għall-imsemmi trasferiment.

    2)

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi l-possibbiltà għal kumpannija, li ttrasferixxiet is-sede ta’ ġestjoni effettiva tagħha u, b’dan il-mod, ir-residenza fiskali tagħha f’dan l-Istat Membru, li tinvoka telf ta’ taxxa mġarrab, qabel dan it-trasferiment, fi Stat Membru ieħor, li fih hija żżomm l-uffiċċju rreġistrat tagħha.


    (1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


    Top