EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0371

Kawża C-371/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Sky plc, Sky International AG, Sky UK Limited vs Skykick UK Limited, Skykick Inc (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikoli 7 u 51 – L-Ewwel Direttiva 89/104/KEE – Artikoli 3 u 13 – Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni – Mala fide tal-applikant – Assenza ta’ intenzjoni li tuża t-trade mark għall-prodotti jew servizzi koperti mir-reġistrazzjoni – Nullità totali jew parzjali tat-trade mark – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-applikant jiddikjara li huwa għandu l-intenzjoni li juża t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni”)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Sky plc, Sky International AG, Sky UK Limited vs Skykick UK Limited, Skykick Inc

(Kawża C-371/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 7 u 51 - L-Ewwel Direttiva 89/104/KEE - Artikoli 3 u 13 - Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni - Mala fide tal-applikant - Assenza ta’ intenzjoni li tuża t-trade mark għall-prodotti jew servizzi koperti mir-reġistrazzjoni - Nullità totali jew parzjali tat-trade mark - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-applikant jiddikjara li huwa għandu l-intenzjoni li juża t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni”)

(2020/C 137/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky plc, Sky International AG, Sky UK Limited

Konvenuti: Skykick UK Limited, Skykick Inc

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 7 u 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1891/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006, kif ukoll l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li trade mark Komunitarja jew trade mark nazzjonali ma tistax tiġi ddikjarata totalment jew parzjalment invalida minħabba li termini użati sabiex jiġu indikati l-prodotti u s-servizzi li għalihom din it-trade mark ġiet irreġistrata ma humiex ċari u preċiżi.

2)

L-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament Nru 1891/2006, u l-Artikolu 3(2)(d) tal-Ewwel Direttiva 89/104 għandhom jiġu interpretati fis-sens li applikazzjoni għal trade mark mingħajr ebda intenzjoni li din tintuża għall-prodotti u għas-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni tikkostitwixxi att ta’ mala fide, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk l-applikant għal din it-trade mark kellu l-intenzjoni jew li jippreġudika l-interessi ta’ terzi b’mod mhux konformi mad-drawwiet onesti, jew li jikseb, mingħajr ma jimmira lejn terzi partikolari, dritt esklużiv għal finijiet differenti minn dawk li jaqgħu taħt il-funzjonijiet ta’ trade mark. Meta l-assenza ta’ intenzjoni li t-trade mark tintuża konformement mal-funzjonijiet essenzjali ta’ trade mark tikkonċerna biss lil ċerti prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal trade mark, din it-talba tikkostitwixxi att b’mala fide biss sa fejn din tirrigwarda lil dawn il-prodotti jew servizzi.

3)

L-Ewwel Direttiva 89/104 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li biha applikant għal trade mark għandu jiddikjara li din tal-aħħar ser tintuża għall-prodotti u għas-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew li huwa għandu, in bona fide, l-intenzjoni li jużaha għal dawn l-iskopijiet, sakemm il-ksur ta’ tali obbligu ma jikkostitwixxix, bħala tali, raġuni ta’ invalidità ta’ trade mark diġà rreġistrata.


(1)  ĠU C 276, 06.08.2018.


Top