This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0341
Case C-341/18: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 5 February 2020 (request for a preliminary ruling from the Raad van State — Netherlands) — Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid v J. and Others (Reference for a preliminary ruling — Regulation (EU) 2016/399 — Schengen Borders Code — Control at the external borders — Third-country nationals — Article 11(1) — Affixing of stamps on travel documents — Exit stamp — Determination of the time of exit from the Schengen area — Signing-on of seamen with ships that are in long-term mooring in a sea port)
Kawża C-341/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) 2016/399 – Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen – Kontroll fil-fruntieri esterni – Ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Artikolu 11(1) – Immarkar ta’ timbri fuq id-dokumenti ta’ vvjaġġar – Timbru tal-ħruġ – Determinazzjoni tal-mument tal-ħruġ miż-żona Schengen – Reġistrazzjoni ta’ baħħara abbord bastimenti rmiġġati għal perijodu twil f’port marittimu)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et
(Kawża C-341/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) 2016/399 - Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen - Kontroll fil-fruntieri esterni - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Artikolu 11(1) - Immarkar ta’ timbri fuq id-dokumenti ta’ vvjaġġar - Timbru tal-ħruġ - Determinazzjoni tal-mument tal-ħruġ miż-żona Schengen - Reġistrazzjoni ta’ baħħara abbord bastimenti rmiġġati għal perijodu twil f’port marittimu)
(2020/C 137/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Konvenut: J. et
fil-preżenza ta’: C. u H. et
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta baħħar li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz jirreġistra ma’ bastiment irmiġġat għal perijodu twil f’port marittimu ta’ Stat li jagħmel parti miż-żona Schengen, bil-għan li jwettaq xogħol abbord, qabel ma jitlaq minn dan il-port fuq dan il-bastiment, għandu jiġi ttimbrat timbru ta’ ħruġ, meta l-ittimbrar ikun previst minn dan il-kodiċi, fuq id-dokumenti ta’ vvjaġġar ta’ dan il-baħħar mhux fil-mument tar-reġistrazzjoni tiegħu iżda meta l-kaptan tal-imsemmi bastiment jinforma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bit-tluq imminenti ta’ dan tal-aħħar.