Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0155

Kawża C-155/18 P sa C-158/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2020 – Tulliallan Burlington Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Burlington Fashion GmbH (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Trade marks verbali u figurattivi “BURLINGTON” – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi preċedenti “BURLINGTON” u “BURLINGTON ARCADE” – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Ftehim ta’ Nice – Klassi 35 – Kunċett ta’ “servizzi ta’ bejgħ bl-imnut” – Artikolu 8(4) – Abbuż – Artikolu 8(5) – Reputazzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Xebh bejn il-prodotti u s-servizzi – Ċaħda tal-oppożizzjoni)

ĠU C 161, 11.5.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2020 – Tulliallan Burlington Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Burlington Fashion GmbH

(Kawża C-155/18 P sa C-158/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade marks verbali u figurattivi “BURLINGTON” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi preċedenti “BURLINGTON” u “BURLINGTON ARCADE” - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Ftehim ta’ Nice - Klassi 35 - Kunċett ta’ “servizzi ta’ bejgħ bl-imnut” - Artikolu 8(4) - Abbuż - Artikolu 8(5) - Reputazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Xebh bejn il-prodotti u s-servizzi - Ċaħda tal-oppożizzjoni)

(2020/C 161/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Tulliallan Burlington Ltd (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: M. Fischer u D. Botis, aġenti), Burlington Fashion GmbH (rappreżentant: A. Parr, Rechtsanwältin)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Diċembru 2017, Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington) (T-120/16, EU:T:2017:873), tas-6 ta’ Diċembru 2017, Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL) (T-121/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:872), tas-6 ta’ Diċembru 2017, Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington) (T-122/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:871), u tas-6 ta’ Diċembru 2017, Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON), T-123/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:870), huma annullati.

2)

Id-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każijiet R 94/2014-4, R 2501/2013-4, R 2409/2013-4 u R 1635/2013-4), dwar erba’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington Ltd u Burlington Fashion GmbH, huma annullati.

3)

Burlington Fashion GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż sostnuti minn Tulliallan Burlington Ltd kemm fir-rigward tal-proċeduri tal-ewwel istanza fil-Kawżi T-120/16 sa T-123/16 kif ukoll dawk tal-appelli, f’ishma ndaqs.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


Top