EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0647

Kawża T-647/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)

ĠU C 392, 20.11.2017, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)

(Kawża T-647/17)

(2017/C 392/47)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Serendipity Srl (Milano, l-Italja), Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta) (rappreżentanti: C. Volpi, L. Aliotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CKL Holdings NV (CV Bussum, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva verbali tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “CHIARA FERRAGNI” bil-kulur iswed u blu ċelesti – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 346 795

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Lulju 2017, fil-Każ R 2444/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Eżistenza minn qabel tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti Nru 011841582 “Chiara Ferragni” ippreżentata fil-25 ta’ Ġunju 2013, irreġistrata fl-10 ta’ Ottubru 2013;

Xebh żbaljat ta’ trade marks konfliġġenti;

Evalwazzjoni globali żbaljata tal-possibbiltà ta’ konfużjoni.


Top